Ilbieraħ filgħaxija, f’Leicester Square, f’Londra, intwera l-premiere tal-film Gladiator II, li nħadem Malta.
Id-direttur Ridley Scott ingħaqad mal-artisti ta’ dan il-film tant mistenni biex flimkien imxew fuq it-tapit l-aħmar qabel daħlu fit-teatru Odeon.
Dan l-avveniment attira l-attenzjoni hekk kif ir-Re Brittaniku Karlu III kien ukoll preżenti biex dan ikun l-ewwel premiere li attenda minn mindu laħaq Re. Ir-Reġina Camilla għal darb’oħra kienet nieqsa hekk kif għadha qed tirkurpra.
Fost l-ismijiet kbar li attendew kien hemm il-protagonisti Paul Mescal, Pedro Pascal, Joseph Quinn, Fred Hechinger, Lior Raz, Derek Jacobi, Connie Nielsen u Denzel Washington kif ukoll Andrew Scott, Chloé Zhao, Jodie Turner-Smith, Idris Elba, Lior Raz, Yuval Gonen, Alex Karim, Matt Lucas, Tim McInnery, Doug Wick, Lucy Fisher, Michael Pruss, Brian Robbins, Tracey Robbins, Marc Weinstock, Maark Viane, Chris Aronson, Daria Cercek u Mike Ireland.
Gladiator II mistenni jibda jintwera fiċ-ċinemas mit-22 ta’ Novembru li ġej.