Ir-Re Charles awgura l-Għid it-Tajjeb fl-ewwel dehra tiegħu fil-pubbliku minn meta ħarġet l-aħbar li għandu kanċer.
Ir-Re tkellem u ħa b’idejn in-nies li attendew il-quddies ta’ Ħadd il-Għid f’Windsor, fejn kien akkumpanjat mir-Reġina Camilla.
Il-Prinċep u l-Prinċipessa ta’ Wales m’attendewx, hekk kif Catherine għaddejja bit-trattament tal-kanċer.
Ir-Re attenda għal xi xogħol ieħor minn meta sar jaf li għandu kanċer, iżda l-avvenimenti sa issa dejjem saru fil-privat.
Din kienet l-ewwel darba minn meta ħarġet l-aħbar tal-marda, li r-Re ta’ ħamsa u sebgħin sena deher fil-pubbliku, fejn intlaqa’ b’ċapċip min-nies li kienu miġbura biswit il-Kappella ta’ San Ġorġ.
Aġenziji tal-aħbarijiet qed jinterpretaw din il-mossa bħala l-ewwel pass meqjus lura fil-lenti pubblika, iktar milli r-ritorn tar-Re għal dmirijiet pubbliċi.