L-użu regolari ta’ ċesarji fit-twelid qed iwassal għal impatt fuq l-evoluzzjoni umana.
Riċerkaturi fl-Awstrija qed josservaw li aktar ommijiet għandhom bżonn ċesarja minħabba d-daqs tal-pelvis. Każijiet fejn tarbija ma tkunx tista’ tgħaddi mill-kanal li trid tgħaddi minnu biex titwieled żdiedu: minn 30 f’kull elf twelid fis-sittijiet għal 36 f’kull elf illum-il ġurnata.
Lura fl-istorja, din it-tip ta’ ġenetika ma kinitx tkun trażmessa għaliex każijiet hekk kienu jirriżultaw f’imwiet waqt it-twelid; kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija.
Hu mifhum li issa li din it-tip ta’ ġenetika, fejn omm ikollha pelvis dejjaq, qed tintiret, qed ikun hemm bżonn aktar ċesarji.