Id-differenza prinċipali bejn il-Coronavirus u l-influwenza hija, li żewġ persuni bl-influwenza jistgħu jinfettaw tliet persuni oħra, filwaqt li bil-Coronavirus, żewġ persuni jinfettaw ħames persuni.
L-istatistiku u r-riċerkatur Dr Vincent Marmarà, spjega kif b’dawn in-numru, wieħed ikun jista’ jbassar kemm ser jiġu infettati nies.
Dr Marmarà spjega: “Fejn għandu x’jaqsam is-seasonal influenza żewġ min-nies jgħaddu l-influwenza lil 3 min-nies oħra on average, mentri f’dan il-virus b’mod partikolari l-Coronavirus, dan għal kull 3 min-nies da nil-virus jagħddi għand 5 min-nies oħra u din hija ovvjament fattur li huwa importanti ħafna hekk kif b’dan il-fattur inkunu nistgħu niprediktjaw kemm ser jimirdu nies.”
Dr Marmara qal ukoll li aktar ma noqogħdu d-dar u nevitaw il-kuntatt man-nies, aktar jgħin biex il-firxa tal-virus tkun żgħira.
Huwa sostna: “Aktar kemm in-nies joqogħdu ġo darhom u ma joħorġux aktar issir is-social distancing u allura r-rata ta’ kemm persuna jibda jgħaddiha lil ieħor tibda tonqos aktar.”
Ir-riċerkatur spjega li minn hemm ir-rata tibqa’ nieżla u tiġi fi tmiemha l-epidemija.
Dr Marmarà kompla jispjega: “Aktar kemm wieħed joqgħod attent u jevita il-kuntatt dirett ma’ ħaddieħor din ir-rata dejjem tibqa’ nieżla u eżempju persuna lil-inqas minn persuna waħda, hemmek tfisser li għal żewġ min-nies jgħadduha lil perusna waħda biss, jekk naslu f’dak il-punt ifisser li l-epidemija tkun qiegħda tinqered u tikka tikka allura din tispiċċa mill-pajjiż.”
Dr Marmarà spjega li differenza oħra hija li waqt li s-sintomi tal-influwenza staġjonali jistgħu joħorġu malajr, is-sintomi tal-Coronavirus jistgħu jieħdu bejn jumejn u 14–il ġurnata biex joħorġu. B’hekk iċ-ċans li wieħed jinfetta aktar nies huwa ikbar.