Ix-xahar li għadda l-qgħad baqa’ f’livell baxx ta’ taħt l-elf ruħ.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li ħabbret li f’Ottubru l-għadd ta’ nies qiegħda kien 984.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li, fi żmien sena, il-qgħad niżel b’270 persuna meta mqabbel ma’ Ottubru tas-sena li għaddiet. It-tnaqqis ġie rreġistrat f’kull kategorija ta’ età.
Il-qgħad tbaxxa wkoll għall-persuni b’diżabilità, b’48 persuna, meta mqabbel ma’ Ottubru tas-sena l-oħra.