Fix-xahar ta’ Ġunju, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna kienet ta’ 2.6%.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Dan ifisser li pajjiżna kompla jirreġistra fost lanqas rati ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna.
Skont dawn iċ-ċifri tal-NSO ħareġ li r-rata tal-qgħad kienet ta’ 0.1% inqas mix-xahar ta’ qabel u kien hemm tnaqqis ta’ 0.4%, meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena l-oħra.
Minn dawn iċ-ċifri tal-NSO ħareġ li r-rata’ tal-qgħad fost l-irġiel kienet ta’ 2.8%, waqt li r-rata tal-qgħad fost in-nisa kienet ta’ 2.3%.
Dan it-tnaqqis konsiderevoli fil-qgħad ġiet irreġistrat minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent, kawża tal-gwerra fl-Ukrajna, li ġabet magħha l-inflazzjoni u l-kriżi tal-enerġija.