Skont l-aħħar ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, ir-rata annwali tal-inflazzjoni ta’ pajjiżna naqset bi kważi punt perċentwali f’April, meta mqabbel max-xahar ta’ qabel.
Fil-fatt, ir-rata tal-inflazzjoni x-xahar li għadda niżlet għal 6.4 fil-mija, filwaqt li fix-xahar ta’ Marzu r-rata kienet 7.1 fil-mija.
L-akbar impatt fuq l-inflazzjoni ġej mill-prezzijiet tal-ikel u x-xorb mhux alkaħoliku.
Minn dawn iċ-ċifri tal-NSO joħroġ ukoll li l-medja tar-rata tal-inflazzjoni fiż-Żona tal-Ewro, f’April kienet ferm ogħla mir-rata ta’ pajjiżna. Dan hekk kif f’dan ix-xahar imsemmi, ir-rata medja ta’ inflazzjoni fiż-Żona tal-Ewro kienet ta’ sebgħa fil-mija.
Minn dawn iċ-ċifri tal-NSO joħroġ li l-medja tar-rata tal-inflazzjoni fiż-Żona tal-Ewro f’April kienet ferm ogħla mir-rata ta’ pajjiżna. F’dan ix-xahar imsemmi, ir-rata medja ta’ inflazzjoni fiż-Żona tal-Ewro kienet ta’ 7 fil-mija, filwaqt li f’pajjiżna kienet .
It-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni Ewropea, li ħareġ aktar kmieni din il-ġimgħa, qal li sas-sena d-dieħla r-rata ta’ inflazzjoni ta’ pajjiżna se tinżel san-nofs, għal rata ta’ 2.8 fil-mija.