F’Ottubru li għadda, ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna m’għolietx meta mqabbla max-xahar ta’ qabel u baqgħet fost l-iktar rati baxxi fl-istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT, li kkonferma li pajjiżna għandu rata ta’ inflazzjoni ta’ 7.4 fil-mija, jiġifieri 4.1 fil-mija iktar baxxa mill-medja tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 11.5 fil-mija.
Flimkien ma’ Malta, bl-inqas rata ta’ inflazzjoni hemm Franza u Spanja.
Mill-banda l-oħra, pajjiżi bħall-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, u l-Latvja, ilkoll għandhom rata ta’ inflazzjoni ta’ iżjed minn 20 fil-mija.