Il-qgħad f’pajjiżna f’Ġunju reġa’ naqas kemm fuq xahar qabel u anki fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Dan hekk kif f’Ġunju li għadda, ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna baqgħet taħt l-elf persuna.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wera li fix-xahar ta’ Ġunju 2022 kien hemm 954 ruħ jirreġistraw għax-xogħol.
Meta wieħed iqabbel din ir-rata ta’ Ġunju ta’ din is-sena mal-istess xahar tas-sena li għaddiet, ir-rata tal-qgħad niżlet b’757 ruħ. Fil-fatt, f’Ġunju tal-2021, kien hemm 1,711 persuna jirreġistraw.
Anki fix-xhur ta’ April u Mejju li għadda, in-numru ta’ nies li kienu qed jirreġistraw kienu taħt l-elf persuna.