- Tnaqqis fir-rata ta’ fertilità f’Malta
- L-età medja ta’ nisa li saru ommijiet għall-ewwel darba hi ta’ 29 sena
Fl-2015, 5.103 miljun tarbiha twieldu fl-Unjoni Ewropea, fejn fis-sena 2001 twieldu 5.063 miljun tarbija. Din l-informazzjoni ħarġet minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn wriet li fost il-membri stati, Franza għandha l-għola rata ta’ twelid, b’799,700 fl-2015, wara nsibu r-Renju Unit b’776,700 wild, l-Italja b’458,800 wild, Spanja b’418,400 wild u l-Polonja b’369,300 wild.
Filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea wriet żieda, il-medja tar-rata ta’ fertilità f’Malta naqset fejn fil-waqt li fl-2001 kienet ta’ 1.48 u fl-2015 niżlet għal 1.45.
Minkejja li r-rata ta’ fertilità naqset, ir-rata ta’ nisa li saru ommijiet għall-ewwel darba żdiedet fejn fl-2001 twieldu 3,957 u fl-2015 żdiedu għal 4,325. L-età medja ta’ nisa li saru ommijiet għall-ewwel darba fl-2015 f’Malta hi ta’ 29 sena – l-istess medja meta mqabbla ma’ dik tal-Unjoni Ewropea tal-istess sena.
L-età medja fl-Unjoni Ewropea ta’ nisa li welldu l-ewwel tarbija tagħhom fl-2015 hi ta’ 29 sena. L-iżgħar nisa li saru ommijiet għall-ewwel darba ġejjin mill-Bulgarija u l-Italja.
Ir-rata ta’ fertilità fl-Unjoni Ewropea żdiedet minn 1.46 fl-2001 għal 1.58 fl-2015.