In-numru ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol f’Marzu li għadda kien ta’ ftit iżjed minn 1,000 persuna – ċifra li turi li f’pajjiżna r-rata tal-qgħad baqgħet waħda storikament baxxa.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li 70 fil-mija ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol huma rġiel, waqt li l-bqija huma nisa.
L-NSO qal li f’Marzu l-għadd ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi 22 meta mqabbel ma’ sena qabel, ;iex issa hemm b’kollox 234 persuna b’diżabilità jirreġistraw.