Għat-tielet xahar konsekuttiv, f’Ottubru, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna baqgħet tammonta għal tnejn punt ħamsa fil-mija. Dan ħareġ skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Meta mqabbel ma’ Ottubru tas-sena l-oħra, kien hemm tnaqqis minimu ta’ żero punt tlieta fil-mija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Skont dawn iċ-ċifri tal-NSO, ir-rata tal-qgħad fost l-irġiel kienet ta’ tnejn punt erbgħa fil-mija, waqt li dik fost in-nisa kienet ta’ tnejn punt sitta fil-mija.