Għat-tieni xahar konsekuttiv, f’Diċembru tas-sena li għaddiet, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna baqgħet fl-aktar livelli baxxi bi tnejn punt erbgħa fil-mija. Dan ħareġ mill-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li qal li, meta din ir-rata titqabbel ma’ Diċembru tal-elfejn tnejn u għoxrin, kien hemm tnaqqis ta’ żero punt sitt perċentwali.
L-istatistika għal Diċembru 2023, turi li r-rata tal-qgħad fost l-irġiel kienet ta’ tnejn punt tlieta fil-mija, filwaqt li dik fost in-nisa kienet tnejn punt sitta fil-mija.