L-istorja ppubblikata mit-Times of Malta tal-lum bit-titlu ‘Recruitment to continue during election campaign’ mhux veru sal-punt li anke t-titlu stess jagħti stampa assolutament mhux veru tal-fatti u jikkontradixxi parti mill-kontenut stess tal-istorja. Dan ġie spjegat fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ewlieni fl-uffiċju tal-Prim Ministru.
L-istqarrija kompliet tispjega li lanqas hu minnu li Ivan Camilleri, il-ġurnalist li kiteb l-istorja, tkellem ma’ xi uffiċjal mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
L-uniku kuntatt li kien hemm kien permezz ta’ komunikazzjoni miktuba li kienet tikkonsisti f’sentenza waħda li kienet essenzjalment tgħid ‘…you may please wish to note that you have erroneous information’. Ma’ din il-linja ntbagħtu ż-żewġ ċirkularijiet dwar ingaġġ, promozzjonijiet u l-bqija, li nħarġet qabel l-elezzjoni tal-2013 u dik ta’ issa li nħarġet ilbieraħ.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/pr171155a.pdf”]
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/pr171155b.pdf”]
Iċ-ċirkulari maħruġa lbieraħ fid-9:25am mis-Segretarju Permanenti Ewlieni kienet kopja identika ta’ dik maħruġa fl-2013. Inbidlu biss id-dati u l-ismijiet. Il-bqija ma nbidel assolutament xejn. Is-Segretarju Permanenti qal li t-Times of Malta konvenjentament warrbet dan il-fatt bażiku u ma ppubblikatx iż-żewġ ċirkularijiet u li Camilleri għażel li jinjora dak mibgħut lilu sal-punt li lanqas id-data taċ-ċirkulari tal-2013 ma rrapporta korrettament għal darbtejn.
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ssostanzja bil-fatti dan kollu u ippubblika ż-żewġ ċirkularijiet. “Dak li ma għamlitx it-Times isir minn dan l-Uffiċċju biex tkun magħrufa l-verità,” spjega s-Segretarju Permanenti.