Ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar il-Ministru Carmelo Abela ma ġiex addottat.
Dan wara laqgħa tal-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u li tratta r-rapport tal-Kummissarju George Hyzler dwar reklamar mill-Ministeru ta’ Carmelo Abela.
Fil-laqgħa, permezz tal-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, il-Gvern qal li r-rapport kien soġġettiv u li bħalissa ma hemm l-ebda linji gwida dwar ir-reklamar.