Il-Gvern jaqbel li r-rapport dwar Malta tal-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-korruzzjoni, magħruf bħala l-GRECO, jiġi diskuss fil-Parlament. Madankollu ma jaqbilx li hemm xi urġenza partikolari kif ipprova jagħti x’jifhem il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-gvern lest jiddiskuti l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ħasil tal-flus, “li forsi kien hemm riferernza għalihom għal membri ta’ din il-Kamra”.