Il-kap tal-inkjesta dwar is-sehem tal-Ingilterra fil-gwerra tal-Iraq ippubblika rapport dwar il-kunflitt. Jemmen li kien imfassal fuq pjanar ħażin għall-kollox u ntemm mingħajr suċċess.
John Chilcot, uffiċjal taċ-ċivil, ħadem fuq l-inkjesta għal seba’ snin. Ir-rapport sar
Qal li r-Renju Unit għażel li jingħaqad fl-invażjoni tal-Iraq qabel kienu eżaminati alternattivi iktar paċifiċi.
Il-punti ewlenin tar-rapport huma dawn:
- Ir-Renju Unit mar għal gwerra qabel esplora alternattivi oħra, u azzjoni militari ma kinitx użata bħala għodda tal-aħħar tama.
- L-invażjoni tal-2003 kienet ibbażata fuq dawk li qed jissejħu “flawed intelligence and assessments” li qatt ma kienu ikkuntestati.
- It-theddida serja tal-armi tal-qerda tal-massa tal-Iraq ma ngħatatx l-importanza kollha mistħoqqha u ma kinitx mifhuma sewwa.
- L-Ex Prim Ministru Tony Blair qal li l-intenzjonijiet wara kull deċiżjoni li ttieħdet kienu tajba u jerfa’ kull responsabilità għall-iżbalji.
- Familji ta’ Brittanniċi li mietu fil-gwerra tal-Iraq qed jinsistu li l-kunflitt kien fjask sħiħ u qed jikkonsidraw li jieħdu azzjoni legali.
- Il-Prim MinistruDavid Cameron qal li hemm lezzjonijiet x’jitgħamllmu u ħabbar dibattitu parlamentari fuq jumejn.
- Jeremy Corbyn, f’isem il-Laburisti Ingliżi, qal li l-gwerra says war was “act of military aggression launched on a false pretence”