Ġie ppreżentat ir-rapport annwali tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija lill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia.
Ir-rapport ġie ppreżentat miċ-Chairman tal-Bord, l-Imħallef Emeritu Francesco Depasquale, flimkien mas-Segretarju tal-Bord, l-Ambaxxatur John Spiteri.
L-Ispeaker qal li din il-preżentazzjoni tirrifletti l-importanza li l-Bord jassigura li l-ilmenti mressqin jiġu indirizzati b’mod imparzjali u professjonali.
Hu ħabbar ukoll li r-rapport se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta tas-sena l-ġdida.