Għada l‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Kristu.
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra l‑quddiesa ta’ Ras ir‑Randan fil‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana, li tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Il‑quddiesa tibda fid‑9:30 a.m.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil‑messaġġ tiegħu għar‑Randan ta’ din is‑sena, il‑Papa Franġisku stieden lill‑Kattoliċi sabiex ma jistkennux “f’reliġjożità magħmula minn ġrajjiet straordinarji, minn esperjenzi suġġestivi”, għax jibżgħu jaffrontaw ir‑realtà bit‑taħbit tagħha ta’ kuljum, bl‑iebes u l‑qares tagħha.
Ritratt: AFP/Getty Images