Ir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex mill-ġdid kellha tingħalaq għall-pubbliku wara li mara qalet li bintha sabet tagħmir splussiv (landmine).
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ ONE News li l-pulizija rċeviet dan ir-rapport u minnfuh bdiet bl-investigazzjonijiet.
Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm rapport simili u l-bajja tant popolari kellha wkoll tgħalaq l-aċċess, sakemm saru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Fuq grupp fuq Facebook bl-isem ta’ ‘Island of Gozo’ mara barranija qalet li bintha rat dan l-isplussiv u wara anke ppubblikat ritratt.
Intant aktar tard l-investigazzjonijiet irriżultaw li t-tagħmir li nstab kien gas mask canister u mhux it-tagħmir li ġie rrapportat inizjalment.