Ir-raħħal Għawdxi Gianni Attard irid iħallas kont ta’ €651,175 għall-ispejjez tal-pulizija li għandu għassa mar-razzett tiegħu.
Il-każ ta’ Attard imur lura snin, meta d-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji ordna li jinqatlu mal-216-il nagħġa, għax qatt ma kienu reġistrati. Attard daħal il-Qorti biex isalva l-300 ngħaġa li fadalu . Issa Attard qed jikkontesta li jħallas l-ispejjez għall-għassa ta’ 24 siegħa kuljum li għandu mar-razzett tiegħu.
Ir-raħħal qed jikkontesta li jħallas l-kont, għax fi kliemu din l-għassa mhiex neċessarja aktar. Huwa preżenta applikazzjoni b’urġenza biex isiru testijiet veterinarji fuq in-nagħaġ tiegħu, għax skont hu l-awtoritajiet tas-saħħa ma wettqux it-testijiet ta’ burcellosis fuq in-nagħaġ tiegħu .
Attard qed jgħid li nagħaġ tiegħu biss ma ġewx ittestjati u minkejja li test ta’ burcellosis fuq in-ngħaġ isir b’xejn huwa qed jintalab €900 għat-test inizjali u €300 għall-testijiet oħra kull xahar.