Ir-raġel barrani li dagħlodu ġie arrestat mill-Pulizija wara li pprova jidħol fil-palazz tal-Girgenti, hu ta’ nazzjonalità Libjana. L-istess raġel huwa magħruf mal-Pulizija hekk kif milux kien ħebb għall-membru tal-Korp, dan minn informazzjoni li kiseb onenews.com.mt.
Ir-raġel, li għandu stat ta’ refuġjat mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin. X’aktarx tul il-jum tas-sebħ.
Jidher li r-raġel mhuwiex fi stat sew ta’ saħħa mentali u kien għalekk li ttieħed l-isptar kmieni dagħlodu meta għall-ħabta tal-4:30 hu pprova jidħol fil-palazz tal-Girgenti.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ diversi forzi tas-sigurtà minħabba l-imġieba agressiva.