Il-Pulizija Amerikana identifikaw ir-raġel ta’ tnejn u sebgħin sena responsabbli għall-qtil ta’ għaxar persuni viċin Los Angeles il-Ħadd li għadda, hekk kif huwa nstab mejjet f’vann.
Huwa miet wara li spara lilu nnifsu, ftit wara li spara fuq folla li kienet qed tiċċelebra l-bidu tas-sena Ċiniża, u l-Pulizija għadhom ma jafux x’kien il-mottiv ta’ dan l-attakk.
Pulizija li kienu hemm wara dan l-attak iddeskrivew ix-xena orribbli li raw quddiemhom.
Huwa mifhum ukoll li wara li spara, l-aggressur wasal fi studio taż-żfin ieħor, iżda ma qatel lil ħadd hekk kif żewġ persuni rnexxielhom jieħdu l-arma minn idejh, u kien hawn li huwa ħarab.