Ir-raġel arrestat mill-pulizija Norveġiża wara l-attakk bil-qaws, li fih qatel ħames persuni f’ Kongsberg, tmenin kilometru ’l bogħod mill-kapitali Oslo, kien magħruf mal-pulizija.
F’dettalji oħra li qed ikomplu joħorġu, ir-raġel kien qeleb it-twemmin reliġjuż tiegħu għall-Iżlam u l-pulizija qed timxi fuq it-teżi li r-raġel kien qed jiġi influwenzat minn xi ħadd.
Ir-raġel jgħodd sebgħa u tletin sena u huwa Daniż.
Huwa jinsab mixli li qatel erba’ nisa u raġel li jgħoddu bejn il-ħamsin u s-sebgħin sena.
Ir-raġel, li l-aħħar li kellu x’jaqsam mal-pulizija kien sena ilu, qatel lil persuni billi sparalhom il-vleġeġ.
Il-pulizija raw lir-raġel sa sitt minuti wara li beda joqtol in-nies iżda ħarbilhom u qabduh nofs siegħa wara.
Kelliem għall-pulizija Norveġiża qal li l-vittmi aktarx inqatlu qabel ir-raġel intlemaħ mill-pulizija.
Is-Sindku tal-post fejn seħħ l-attakk, Kari Anne Bøkestad Andreassen qalet li din hi traġedja kbira.
Ara wkoll: