Dehra mhux tas-soltu se tkun qed tara jekk iżżur ir-Rabat f’Malta nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018 fejn għat-tielet sena ser terġa’ ssir in-naxra li hija komuni ħafna f’Napli l-Italja.
Din l-attività se tkun konġunta mat-tisjir tal-pizez saħansitra minn koki Naplitani li ġejjin apposta għal din l-attività fejn issa din id-drawwa twaħdet ma’ dik Rabtija bl-isem ta’ Naxra f’Napule fejn bosta jattendu għaliha bi ħġarhom.
Qed isir appell ukoll fuq il-midja soċjali biex min għandu ħwejjeġ li m’għadx għandu bżonnhom joħodhom il-maħżen tal-festa fuq iz-zuntier tal-parroċċa u b’hekk tkunu qed tipparteċipaw f’din l-attività.
Ser inkunu qed nagħtukom aktar dettalji dwar din l-attività fil-ħin li ġej.