Kienu bosta li dalgħodu qamu b’aħbar mhux sabiħa hekk kif saru jafħu bit-telfa tat-tabiba Tania van Avendonk, li tilfet ħajjitha fl-età ta’ 53 sena.Kien madwar tliet snin ilu li Dr. Tania saret taf li kellha kanċer iżda minkejja dan kollu, hi ma qatgħetx qalbha u kompliet tiġġieled sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha.
Kienu bosta persuni, ħafna minnhom Rabtin, li wrew id-dispjaċir tagħhom għal din l-aħbar spjegaw kif Dr. Tania kienet mara umli, ta’ kuraġġ, qalbiena u dejjem lesta biex tgħin lil min hu fil-bżonn.
Kien jum wara l-Milied li fuq is-sit soċjali Facebook intqal kif Tania qed tistenna li jsejħilha l-Mulej biex tingħaqad miegħu fil-ħajja eterna, u għalkemm ma kienx hemm ħjiel meta kien se jkun il-jum – kien mistenni li fil-qrib.