Kemm dam Kap tal-Knisja Kattolika bejn l-2005 u l-2013, il-Papa Benedittu XVI kellu rabta mal-gżejjer Maltin.
Fit-3 ta’ Ġunju tal-2007, taħt it-tmexxija tiegħu, ġie kkanonizzat l-ewwel qaddis Malti: San Ġorġ Preca, il-fundatur tal-MUSEUM.
Il-Papa Benedittu XVI żar ukoll pajjiżna, fis-17 u fit-18 ta’ April tal-2010.
Kien jum wara għeluq it-83 sena tiegħu meta Papa Benedittu XVI żar pajjiżna. Il-mawra tiegħu f’pajjiżna kienet tinkludi żjara fil-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, quddiesa Fuq il-Fosos tal-Furjana, u laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront.
Fi Frar tal-2012, il-Papa Benedittu XVI ikkrea t-tieni Kardinal Malti, l-Eminenza Tiegħu Prospero Grech. Dan kien l-ewwel Malti, f’mitejn sena. Qabel Grech kien hemm il-Kardinal Malti, Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien kreat fl-1818.