Studenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi użaw il-cocktails sabiex ħolqu rabta bejn il-kanzunetti Perfect mal-Vodka u I’m Every Women mar-Rum.
Nicole Galea spjegatilna kif il-cocktail tagħha huwa bbażat fuq relazzjoni ta’ koppja li oriġinat wara li ltaqgħu bla ħsieb ġewwa ħanut tal-ħelu.
Intant, l-istudenta Alana Attard abbinat ix-xarba tar-Rum mal-kanzunetta I’m Every Women. Hija tkellmet dwar il-progress u kemm iż-żmien bidel il-mentalita tan-nies fuq il-mara.
Dawn iż-żewġ studenti se jkunu qed jippreżentaw dawn iż-żewġ xarbiet flimkien mar-rabtiet tagħhom ma dawn it-temi f’kompetizzjoni Ewropea ġewwa l-Islovenia matul il-Ġimgħa li ġejja.
Din hija it-tielet darba li dan l-istitut se jkollu rappreżentanza f’din il-kompetizzjoni fejn fis-snin li għaddew taħt id-direzzjoni tal-lettur Richard Pons l-istudenti Maltin ġabu numru ta’ unuri lejn pajjiżna.