“Dalgħodu ninsabu fir-Rabat, iżda b’kuntrast ma’ dak li jkun hawn is-soltu, illum warajja għandi l-baħħ”
Bit-triq imneżża minn kull armar għall-bibien tal-knisja magħluqa daqslikieku llum huma jum fost il-ġimgħa. Diversi Rabtin sebħu b’dispjaċir f’dak li kellu jkun jum ta’ ċelebrazzjoni għalihom.
“Dieqa kbira kemm lili u lill-partitarji kollha, tista’ tara hawnhekk kwiet assolut. Kieku bħalissa ġej il-Kapitlu mill-Imdina ħa nibdew iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja, imma llum baħħ. Dik tfisser ħafna”
“Aħna hawnhekk kif tgħaddi San Ġużepp u l-Ġimgħa l-Kbira għalina spiċċa kollox, għaddew il-festi. Aħna dak qiegħed hawn, San Ġużepp qiegħed f’qalbna. Imrobbijin hawn aħna, aħna kollha hawn imrobbijin f’dil-biċċa, bilfors San Ġużepp”
Din is-sena r-Rabtin kienu se jiċċelebraw anniversarju importanti, tant li kienu ilhom sena jipprepaw għalih.
“Din is-sena kelna ċentinarju hija ta’ 150 sena, kelna bħala għaqda tan-nar xi ħaġa iżjed mis-snin ta’ qabel, għandi dispjaċir kbir għas-sena xogħol sfrattat f’sekonda”
Uħud ħallew it-twieqi mżejna minkejja li ċ-ċelebrazzjonijiet ma sarux.
Iltaqjna wkoll ma’ persuni li għalihom din kienet se tkun l-ewwel festa tagħhom residenti r-Rabat.
“Irsistejt biex tkun lesta d-dar u niġu ngħixu hawnhekk u niċċelebraw il-festa minn hawn għaliex aħna din xi ħaġa speċjali għalina, tgħaddi l-vara minn hawn u l-marċ jgħaddi minn hawn. Dispjaċir kbir.
“Kif qal Karmenu, konna qed nitkellmu s-sena kollha kif tkun id-dar tagħna tkun lesta u l-festa u l-marċ tas-siegħa, għalija l-marċ tas-siegħa hija l-aktar ħaġa beautiful, precious that we have. Issa will have to just wait for 2021 definitely”