Ir-raba’ vaċċin kontra l-COVID-19 mistenni jiġi approvat għall-użu fir-Renju Unit fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan wara testijiet li saru fi stadju avvanzat li urew li huwa 89% effettiv.
L-istudju estensiv wera wkoll li l-vaċċin Novavax għandu 86% effettività kontra l-varjant il-ġdid. Aktar testijiet li saru wrew ukoll li huwa madwar 60% effettiv kontra l-varjant li jinsab fl-Afrika t’Isfel.