Il-Pulizija fil-Myanmar użaw il-kanuni tal-ilma u l-bullets tal-lakstu fuq il-protestanti li nġabru fit-toroq minkejja li saret projbizzjoni fuq il-ġbir ta’ ġemgħat ta’ nies fil-pubbliku.
Il-militar ipprojbixxa li jinġabru aktar minn ħames persuni fil-bliet ta’ Yangon u Mandalay.
Dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ wara tlett ijiem konsekuttivi ta’ protesti dwar kolp ta’ stat fil-pajjiż. Minkejja dan, il-protesti komplew għar-raba’ jum.
L-istazzjon televiżiv tal-istat irrapporta li trid tittieħed azzjoni kontra dawk li qed jiksru l-liġi.