Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq flimkien maż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal ser ikun qed jorganizza ir-4 edizzjoni taċ-Cheese and Wine Festival fil-pjazza ewlenija ta’ Ħal Għaxaq nhar is-Sibt 27 ta’ April mis-7 ta’ filgħaxija l’ quddiem.
Wara s-suċċess kbir tal-edizzjonijiet passati, għal din is-sena l-organizzaturi qed iħejju biex iwasslu festival b’varjeta kbira ta’ ġobon u inbid.
Ser ikun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ żewġ bands lokali li huma Sterjotipi u Kersten Graham u area apposta għat-tfal.
Bi pjacir inħabbru wkoll li l-qligħ mill-bejgħ tat-tazzi tal-ħġieġ ser imur għal għanijiet filantropiċi. Għal aktar informazzjoni il-publiku huwa mistieden izur il-paġna ta’ Facebook Cheese and Wine Festival – Malta.