Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami għadu kemm temm konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellem fit-tul dwar inkjesti. Iżda mistoqsi fuq inkjesta dwaru, ma kellu ebda tweġiba.
L-unika argument li għamel Beppe Fenech Adami kien li l-inkjesta dwar Capital One ma sabet ebda ħtija minn naħa tiegħu. Madanakollu ma setax iwieġeb meta fakkarnih li fit-tmexxija ta’ Capital One, il-kumpanija Olandiża investigata b’rabta ma’ ħasil ta’ flus, kien hemm Baltimore Fiduciary. U ta’ din tal-aħħar, huwa kien direttur.
Dwar l-għibien ta’ files kruċjali għall-investigazzjoni, Fenech Adami baqa jipponta subajgħ lejn Michael Cassar, eks assistent kummissarju tal-Pulizja. Dan meta l-Kummissarju tal-Pulizija dak iż-żmien kien maħtur mill-PN.
Mistoqsi hux se joqgħod għal tax audit, Beppe Fenech Adami qam u telaq ‘l hemm.