Il-Kap tal-oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny iqum mill-Koma filwaqt li l-kundizzjoni ta’ saħħtu tjiebet, dan ġie kkonfermat mill-isptar f’Berlin fejn qed jiġi kkurat Navalny. It-tobba qalu li huwa qed iwieġeb għal stimuli verbali.
Navalny, li huwa magħruf għall-kritika tiegħu lejn il-President Russu Vladimir Putin, kien ħassu ħażin waqt titijira lejn Moska minn Tomsk nhar l-20 ta’ Awwissu li għadda. It-titjira kellha titntemm ħesrem, bl-ajruplan jagħmel inżul ta’ emerġenza f’Omsk biex Alexei Navalny jittieħed l-isptar.
Aktar tard, testijiet tossikoloġiċi kkonfermaw li Navalny kien ivvalenat bin-Novichok.