Raġel qam filgħodu u sab it-tieqa tal-karozza mkissra b’ġewwa tal-karozza mqalleb.
Ma’ ONE News sid il-karozza spjega kif kull ma’ kellu fil-karozza kien bott żgħir b’xi ħaġa tal-flus żgħira u xejn aktar.
Sfortunatament il-ħalliel faqa’ t-tieqa ta’ quddiem tal-karozza, li kienet ipparkjata fil-Belt, u qelleb fil-karozza bil-għan li jsib xi ħaġa ta’ aktar interess iżda dan kien kollu ta’ xejn.
Għalekk sid il-karozza qed jappell għall-għajnuna fejn kull min għandu xi informazzjoni li jaf isservi ta’ għajnuna jista’ jgħaddiha mal-Pulizija b’mod kunfidenzjali.