Angelina Jolie u Brad Pitt uffiċċjalment applikaw għal divorzju, jikkonferma l-istazzjon ta’ Hollywood, TMZ.
Diversi kmamar tal-aħbarijiet tad-dinja tal-ispettakklu jinsabu f’paniku hekk kif il-koppja li sa ftit ilu kienet l-aqwa koppja tad-dinja, issa sfaxxat fix-xejn bħal ħafna oħrajn qabilha.
Jolie qalet li m’hemmx mod kif jerġgħu jirranġaw u li divorzju hija l-aħjar triq għal familja. Din qed titlob kustodja tas-sitt itfal tagħhom, b’Pitt ikollu permess li jżurhom biss.
Wara ħdax-il sena, diversi dehriet fuq it-tapit l-aħmar, il-famuża mawra sa Mġarr ix-Xini kienet l-aħħar esperjenza trankwilla tal-koppja.