Patrick Mwalau, bidwi ta’ 41 sena li bħalissa qiegħed voluntier fil-Park Nazzjonali fil-Kenja, isuq madwar 44 mil biex iwassal 3,000 litru f’ilma għal aktar minn tliet darbiet kuljum.
Patrick iddeċieda li ried jgħin wara li sar jaf bil-problema serja ta’ nixfa li ħakmet il-Kenja, u kien ixxukkjat bl-effetti li din il-problema tħalli fuq l-annimali.
In-nixfa tant hi kbira li ġieli kien hemm drabi meta għadd ta’ iljunfanti imorru jfittxu l-ilma fl-ibliet, fejn minħabba li huma goffi jispiċċaw joqtlu għadd ta’ nies.
Tul dawn l-aħħar xhur kienu diversi li kellhom jaraw xeni koroh ta’ għadd ta’ għadam fil-park, wara numru ta’ annimali qed imutu qishom dubbien.
“Ma flaħtx ma nagħmel xejn u ħadt deċiżjoni fejn ridt ngħin. Ta’ kull sena qed ikun hawn din it-tip ta’ nixfa, fejn is-sena l-oħra ukoll tlifna għadd ta’ annimali,” qal dan Patrick.
Patrick temm jgħid kif “qatt m’għamluli xejn l-annimali. Dejjem jiġu jiġru biex jixorbu. Jafu li jien niġi biex ngħinhom.”