Il-Qorti Torka kkundannat raġel għomru l-ħabs fuq attakk li wettaq fi stabbiliment tad-divertiment f’Istanbul fejn ħalla 39 persuna mejta.
Huwa ngħata wkoll sentenza addizzjonali ta’ elf, tliet mija u tmienja u sittin sena fuq attentat ta’ qtil ta’ disgħa u sebgħin persuna li sfaw midruba u talli kien qed iġorr arma bla liċenzja.
Raġel ieħor ingħata sentenza ta’ aktar minn elf u erba’ mitt sena priġunerija talli kien kompliċi.
Il-każ seħħ minuti qabel l-ewwel jum tal-elfejn u sbatax.
L-Istat Iżlamiku kien refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.