Inizjattiva ta’ Melvin Micallef, żagħżugħ ta’ 22 sena, kellha l-ħsieb li ġġib tbissima fuq fomm numru ta’ persuni li nzertaw kienu l-Belt Valletta meta l-istess żagħżugħ mar idur u jqassam il-fjuri.
“Fl-okkażjoni ta’ San Valentinu għidt tkun xi ħaġa sabiħa kieku nagħtu tbissima b’xi ħaġa verament sempliċi u ma tiswiex ħafna flus. In-nies li sibt huma totalment stranġieri għalija però naf li fl-aħħar mill-aħħar għamlitilhom il-ġurnata ferm isbaħ.”
Ftit li xejn hemm xi żżid ma’ dan il-filmat. Eżempju ċar li m’hemmx għalfejn affarijiet kbar biex persuni turi l-imħabba tagħha għaliex ħafna drabi huma l-affarijiet żgħar li verament iġibu tbissima fuq fomm dak li jkun, u jġiegħluh iħossu maħbub u apprezzat.