Enerġetiku, joffri kumpanija u uniku.
Il-kelb tal-kaċċa ta’ Malta huwa uniku għal din l-art ċkejkna, wara li saru numru ta’ testijiet biex jikkonfermaw dan il-fatt.
Kienu l-Kavallieri li l-ewwel innutaw li l-kelb tal-kaċċa jaf huwa ta’ razza partikolari għal pajjiżna iżda riċentament dan ġie kkonfermat grazzi għall-ħidma tal-Klabb Klieb tal-Kaċċa f’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti.
Iċ-Chairman ta’ dan il-klabb, James Galea spjegalna x’hemm daqstant speċjali dwar din ir-razza.
“Hija breed partikolari għal Malta u hija adattata għal terran tagħna li fosthom l-iktar postijietli għandna huma xagħri b’ħafna ġebel u pjanti qosra uxewk. Jintużaw għall-kaċċa. WHITEFLASH. Hija razza friendly ħafna però wkoll li tista’ tagħmel guarding għall-familja, għandhom bżonn l-eżerċizzju bħal kull kelb tal-kaċċa u hija relattivament faċli biex iżżommha.”
Il-pass li jmiss huwa li din ir-razza tiġi rikonoxxuta fuq skala internazzjonali.
“Dawn l-aħħar snin flimkien mal-Federazzjoni Kaċċaturi nedejna programm biex nissalvagwardjaw din ir-razza fejn il-bidu kien li identifikajna li din ir-razza hija omoġenja u ġenetikament korretta u hija partikolari għal Malta u wkoll issa bdejna t-tieni fażi fejn irridu nirrikonoxxu din ir-razza wkoll fuq livell internazzjonali mal-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċinofelija.”
Dan il-kelb partikolari huwa l-akbar ħabib tal-kaċċatur Malti u għaldaqstant tkellimna ma’ Lucas Micallef, il-President tal-FKNK.
Hu spjegalna kemm hu importanti li nsiru nafu iktar dwar din l-ispeċi biex il-kaċċatur ikollu aktar informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-kollega tiegħu fuq erba’ saqajn.
“Kburin li qed nagħmlu din l-inizzjattiva. Illum il-ġurnata għandna l-klabb klieb tal-kaċċa ta’ Malta li qed jadħdem ferm ġmielu u żgur li fl-aħħar mill-aħħar il-kelb tal-kaċċa ta’ Malta li huwa l-awżiljarju tista’ tgħid ta’ kull kaċċatur li jżommilna kumpanija waqt li nkunu fl-ambjent naturali, huwa ferm importanti aktar li nissalvagwardjaw u nippromwovu dak li huwa Malti.”
L-FKNK tappella lil kull min għandu kelb tal-kaċċa Malti biex jagħmel kuntatt mal-Federazzjoni ħalli jkompli jikber l-għarfien dwar dan il-kelb Malti.