Ray Bugeja, li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ried it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tant li kkontesta għaliha, qabbel is-slogan magħżul minn Simon Busuttil ma’ dak ta’ GonziPN. Fuq twitter kiteb li ‘Nirnexxu lkoll flimkien’ toffri bidla żgħira minn ‘Flimkien Kollox Possibbli’. Din hija l-għajta li biha Lawrence Gonzi mexxa wieħed mill-inqas gvernijiet popolari fl-istorja.
Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalulna li din hi battuta ċara dwar kemm Simon Busuttil ma bidilx kemm kellu jibdel il-Partit Nazzjonalista. U anke jekk wara żied li t-tema kellha tkun, ‘gvern trasparenti, ġid għal kulħadd’, min fil-Partit Nazzjonalista kellu jifhem il-messaġġ fehmu.