L-esponent tar-Repubblika u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia, reġa’ kiteb fuq il-proġett tal-junction tal-Marsa u nfexx jgħajjar lill-Maltin li kritikawh meta pprova jirredikola l-proġett u sejjaħlu “the best spaghetti junction”.
L-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt u l-moħħ wara l-Arriva għajjar lin-nies stupidi.
Lill-Maltin li kritikawh qalilhom li ma jifhmux il-lingwi ta’ pajjiżhom iktar mill-inċova qabel u wara li tispiċċa fil-laned.
Skont hu, il-kliem “spaghetti junction” mhumiex insult iżda fil-fatt il-flyovers tal-Marsa hekk huma.
Nhar il-Ġimgħa Manuel Delia nfexx imaqdar u jikkritika l-akbar investiment infrastrutturali ta’ pajjiżna, il-proġett tal-junction tal-Marsa.
Manuel Delia kien spiċċa jinsulenta lill-Prim Ministru u lil martu u jgħid lil Prim Ministru jekk qatt ħariġx mid-dar.
Skont Manuel Delia, proġett bħal ma hu dak tal-junction tal-Marsa, m’għandux jirċievi tifħir fid-dinja.
Qal li proġett bħal dak tal-Marsa juri l-falliment ta’ bliet mhux żviluppati.
Fil-fatt Manuel Delia kompla jattakka l-proġett u qal li dan mhu l-ebda miraklu tal-inġinerija u d-dinja mhux se tinnutah.
Hu sejjaħ il-proġett bħala geġwiġija ta’ toroq u saħaq li dan il-proġett mhux se jiġbed nies lejh, anzi jbiegħdhom minn Malta.