F”kollaborazzjoni mal-ITS, il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, Michael Falzon neda ktejjeb bl-isem ‘Mocktails’, li jagħti informazzjoni liż-żgħażagħ dwar xorb non-alkoħoliku.
Minn riċerka nstab li mill-2011 sal-2015 naqas il-konsum ta’ sustanzi abbużivi fosthom diversi tipi ta’ drogi pero ġiet innutata żieda fil-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ.
Alfred Grixti mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali stqarr li “l-figuri u l-istatistika qegħdin hemm u m’għandhomx jintefgħu fuq xkaffa u jiġu ninjorawhom. Anzi għandhom ikunu bażi għal dak li nixtiequ nagħmlu”.
Il-Ministru Falzon insista li “din kienet inizjattiva li għaqdet ħafna istituzzjonijiet u għadna naraw x’nistgħu nigwadanjaw mir-riżultat ta’ din l-inizjattiva”.