Kensington Palace ppubblika l-ewwel ritratti uffiċjali tat-tieġ irjali tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex għażlu lill-fotografu Alexi Lubomirsku sabiex jieħu r-ritratti tal-ewwel sigħat tagħhom bħala koppja miżżewġa.
Hu ħa r-ritratti fil-Kastell ta’ Windsor wara li l-koppja rjali lestew mill-purċissjoni li kellhom permezz tal-karozzin speċjali.
Hu kien ukoll il-fotografu uffiċjali tal-engagement li ttieħdu fil-ġonna ta’ Frogmore House fejn il-koppja kellhom ir-riċeviment tat-tieġ, li għalih kienu mistiedna 200 persuna.