Il-Gvern ippubblika s-salarji tal-membri kollha tal-Kabinett fl-aħħar għaxar snin. Mid-dokumenti ppubblikati deher biċ-ċar kif mill-2013 ma kien hemm assolutament l-ebda żieda fis-salarji tal-politici, inkluż tas-Segretarji Parlamentari.
Dan kuntrarju għal dak li allega d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fl-aħħar jiem, li prova jagħti x’jinftiehem mod ieħor.
Fl-istqarrija kien spejgat kif salarju ta’ Segretarju Parlamentari baqa’ dejjem 105% ta’ skala wieħed tas-Servizz Pubbliku.
Il-Gvern qal li jixhdu dan id-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-2008 sal-lum u kull rekord ieħor li juri x’tip ta’ dħul kellhom il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tul l-aħħar għaxar snin.
Il-Gvern fakkar kif fl-2008 kien hemm deċiżjoni, mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, li s-salarji tal-Membri tal-Kabinett jiżdiedu Għalhekk fl-2009 u fl-2010 il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ddikjaraw li qalghu iktar minn €80,000.
Biex dak li qal Jason Azzopardi, meta allega li llum Segretarju Parlamentari daqskemm meta hu kien jieħu l-onorarja mhu xejn għajr gidba. Dakinhar kien idaħħal €22,000 iktar minn Segretarju Parlamentari llum
Fis-snin ta’ wara, jiġifieri l-2011 u l-2012, id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari huma differenti. Dan għax il-Prim Ministru ta’ dak iz-żmien kien l-ewwel naqqas, imbagħad neħħa ż-żieda wara r-rabja li kienet qamet fil-pajjiż.
Il-Gvern fakkar li meta nbidel il-Gvern f’Marzu 2013, il-Prim Ministru, żamm mal-wegħda tiegħu li hu, il-Ministri u Segretarji Parlamentari jitħallsu biss l-istess livelli ta’ salarju li kien jeżisti qabel il-bidliet ta’ Marzu 2008.
Iktar minn hekk imqabbel mal-2008-2013 tnaqqas ukoll l-ammont ta’ allowance li bdew jieħdu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
“B’hekk mhux minnu li llum Segretarju Parlamentari qed jiddikjara daqskemm kien jiddikjara Segretarju Parlamentari meta kien jitħallas is-salarju kif ukoll l-onorarja fi żmien il-Gvern tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi,” qal il-gvern fl-istqarrija tiegħu.
Żied ukoll li min fl-aħħar jiem allega li kien hemm xi żieda fis-salarju tas-Segretarji Parlamentari għamel dan wara li qabbel salarju ta’ sena ma’ ta’ nofs. Dan għax qabbel dak li Segretarju Parlamentari daħħal fl-2017, meta daħal fil-kariga f’Ġunju, ma’ dak li ddikjara għal sena sħiħa fl-2018.
“Wara li rriżulta dan minflok ammetta l-iżball, kompla jħawwad bit-tama li jingħata r-raġun. Iżda, l-fatti urew mod ieħor,” kompla l-gvern.
Il-konklużjonijiet ewlenin wara l-allegazzjonijiet li qajjem Jason Azzopardi huma.
• Ma kien hemm ebda żieda fil-pagi tas-Segretarji Parlamentari u ebda membru ieħor tal-Kabinett mill-2013 ‘il quddiem
• Il-pagi tas-Segretarji Parlamentari kienu u għadhom 105% ta’ skala wieħed.
• Illum is-Segretarji Parlamentari għandhom dħul ta’ eluf ta’ ewro inqas minn kemm kienu bejn l-2008 u l-2010
• Allowance li jingħataw is-Segretarji Parlamentari tnaqqas ukoll meta mqabbel ma’ kif kien fi żmien amministrazzjoni preċedenti
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/08/PR191756a.pdf”]