Ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, 31 miżura li se jservu bħala l-bażi tal-istrateġija nazzjonali għaċ-ċikliżmu għas-snin li ġejjin.
L-istrateġija għaċ-ċikliżmu, li se tkun iffinalizzata f’Jannar tas-sena 2024, se tkun qed tilħaq l-għanijiet li ġejjin:
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Qabża notevoli mill-użu ta’ vetturi privati għar-roti; Titjib fil-kwalità tal-arja; Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra; Stil ta’ ħajja aħjar; Ambjent urban aktar abitabbli.
Il-miżuri ppreżentati jkopru firxa wiesgħa ta’ inizjattivi u huma miġbura fi tliet kategoriji ewlenin: l-infrastruttura u r-roti, r-regoli u s-sikurezza, u l-informazzjoni u l-għarfien.