Illum, il-Malta Gaming Authority (MGA) ippubblikat White Paper li tipproponi riformi maġġuri fil-Qafas Legali tal-Logħob f’Malta.
L-għan ewlieni wara din il-bidla proposta huwa li jkun hemm revoka talleġiżlazzjoni attwali kollha u li din tkun sostitwita minn Att tal-Parlament primarju u singulari bl-isem ta’ “Att tal-Logħob” (‘The Gaming Act’).
Flimkien mal-leġizlazzjoni sussidjarja, dan l-Att ikopri b’mod orizzontali l-oqsma kollha tar-regolamenti kif ukoll serje ta’ direttivi u linji gwida maħruġa mill-Malta Gaming Authority, li hija r-regolatur waħdieni f’dan is-settur.
Il-qafas regolatorju propost jagħti ssetgħa lill-MGA sabiex din tkun aktar aġili meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet u jnaqqas piżijiet regolatorji żejda li ma jwasslux għal objettivi regolatorji, filwaqt li tissaħħaħ is-superviżjoni u tiffoka l-isforzi tarregolatur fl-oqsma li joffru profil ta’ riskju għola. Aktar minn hekk, ir-riforma proposta tipproponi titjib mill-aqwa fl-istandards tal-protezzjoni tal-konsumatur, miżuri tal-logħob responsabbli, approċċ abbażi tar-riskju lejn regolamentazzjoni u firxa aktar miftuħa tas-setgħat tal-MGA fil-konformità u firrinfurzar.
Din il-White Paper tistabilixxi wkoll standards li huma orjentati abbażi tal-objettivi sabiex jinkoraġixxu innovazzjoni u żvilupp. Dawn il-proposti jirriflettu numru ta’ inizjattivi li ttieħdu matul il-perjodu preparatorju ta’ din ir-riforma legali proposta, inkluż numru ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, studji tekniċi u valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiku u finanzjarju. Jirriflettu wkoll l-esperjenza li l-MGA tħaddan grazzi għal numru ta’ snin li ilha tirregola dan is-settur.
Fl-istess waqt, il-proposti jħaddnu spirtu regolatorju li jħares ‘l quddiem u li jfittex li jiżgura li r-regolament ikun jiflaħ għal setturi potenzjali ġodda kif ukoll li jireaġixxi b’mod proporzjanali fid-dawl ta’ riskji soċjali.