Ktieb ġdid mill-awtur ta’ Lord of the Rings, JRR Tolkien se jkun qed joħroġ għall-bejgħ – wara 100 sena li nħoloq.
Beren and Lúthien hu deskritt bħala “storja vera personali” li l-professur ta’ Oxford ħoloq wara li rritorna mill-Battalja ta’ Somme.
L-istorja ġiet editjata mit-tifel tiegħu Christopher Tolkien u fiha ssib verżjonijiet tal-ħrafa li saret parti minn The Silmarillion.
Il-ktieb se jkun qed ikollu llustrazzjonijiet minn Alan Lee, li rebaħ Academy Award għax-xogħol li għamel fil-film triloġojia ta’ Peter Jackson.
Se jkun qed jiġi ppubblikat il-Ħamis minn HarperCollins fl-10 anniversarju tal-aħħar ktieb ta’ Middle Earth, The Children of Húrin.