Infrastructure Malta ppubblikat it-tender għall-proġett tal-Imsida li, fost ħafna affarijiet oħrajn, se jara l-bini ta’ flyover ġdida minflok it-traffic lights fil-junction eżistenti.
Dan ħabbritu fi stqarrija hekk kif spjegat li t-tender għal dan il-proġett bl-isem ‘The Msida Creek Project’ se jkun qed jinkludi fi ħdanu perjodu ta’ 10 snin favur l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett.
Il-pjani ta’ dan il-proġett se jkunu qed jaraw ukoll li 60% tal-proġett kollu jkun iddedikat għal spazji pubbliċi miftuħa favur ambjent aktar pjaċevoli fl-inħawi.
Dan, fost oħrajn, bi pjazza ġdida ta’ 2,200 metru kwadru quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fl-Imsida.


