Jum qabel in-Nutara Myriam Spiteri Debono ssir il-ħdax-il President ta’ Malta ġie ppubblikat il-programm uffiċjali tal-jum tal-ġurament tal-ħatra.
Dan ġie ppubblikat permezz ta’ stqarrija tal-Gvern.
Fost l-oħrajn f’dan il-programm hemm li fl-għaxra se tkun ikkonċelebrata l-quddiesa solenni mill-Kon-Katidral ta’ Ġwann fil-Belt, ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
F’nofsinhar imbagħad fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt, se tibda s-seduta Parlamentari, immexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Hawnhekk in-Nutara Myriam Spiteri Debono se tieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-Kap tal-Istat Malti.
Għada, l-istazzjon ONE se jxandar programm speċjali mit-8:30 ta’ filgħodu ’l quddiem, fejn se jxandar b’mod dirett il-quddiesa u anki ċ-ċerimonja tal-ħatra.